Ara kif ġejja l-Pjazza Mostija! Xi ġmiel!

 Ara kif ġejja l-Pjazza Mostija! Xi ġmiel!

Ritratt li ttella’ fuq il-paġna ta’ Infrastructure Malta juri kif ġejja l-pjazza tal-Mosta fejn jidher li x-xogħol mexa sew u d-dehra l-ġdida hija affaxinanti.

Fuq l-istess paġna ntqal li tjiebu s-servizzi kollha ta’ taħt il-pjazza biex tkun provduta infrastruttura moderna u iżjed effiċjenti għall-futur.

Forsi veru kien hemm ilmenti minħabba d-dewmien imma x-xogħol irid isir. U meta taqla’ ssib li ma tistennhiex mhux hekk?! Tajjeb li nfaħħru wkoll is-sabiħ li jsir f’pajjiżna mhux nikkritikaw biss għalkemm forsi tgħidulna, ‘u intom ma toqogħdux hawn’. Veru wkoll imma ara issa xi ġmiel hemm u żgur li l-investiment li sar ser igawdi minnu kulħadd.

Aħna nieħdu gost ukoll li pajjiżna qed jieħu dan il-pass ‘il quddiem; dak li joffri iżjed spazji adekwati biex jintużaw mill-poplu u jitgawda minnu. Prosit lill-Kunsill Lokali tal-Mosta li primarjament ħa din l-inizjattiva ta’ gazz li jitrasforma din il-pjazza f’meravilja kif wara kollox, jixirqilha l-Belt Mostija. Prosit.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com