Bħal-lum F’Malta ġew tliet Astronawti t’Apollo 13
Bħal-lum 11 ta’ Ottubru tal-1970, f’pajjiżna waslu tliet astronawti Amerikani; James lovell, Fred Haise u John Swigert. Fiż-żjara tagħhom, li kienet waħda qasira, iltaqgħu ma’ diversi personalitajiet lokali li ma tantx teżisti informazzjoni miktuba dwar min kienu.
Dawn l-astronawti kienu taru fil-vettura spazjali Apollo 13 li kellha diffikultajiet f’waħda mit-titjiriet spazjali li kellha wara li esperjenzat splużjoni fit-tank tal-ossiġenu.