Id-dnub ma jorqodx!!!

Frażi Maltija li nisimgħuha spiss. Min jaf kemm-il darba għamilna xi ħaġa żgħira meta konna żgħar sakemm imbagħad ninqabdu mill-ġenituri tagħna. Hawnhekk ikun mument ta’ tagħlim, li meta tiżbalja għandek tammetti u titlob skuża jekk ikun il-każ.
Imma min jaf kemm minn dawn l-azzjonijiet jibqgħu jsiru la nikbru? Hawnhekk il-ħażin. Frażijiet oħra Maltin ġieli jintużaw ‘fejn jaqblilna’, bħal ngħidu aħna ‘gidba għall-bżonn mhix dnub’.
Tajjeb li nevalwaw l-azzjonijiet tagħna għaliex ħafna gideb iwassal għall-konsegwenzi. Tidher iebsa titlob skuża, imma ġaladarba tagħmilha, tħossok aħjar.
U hawn naqilbu għall-Ingliż; ‘better safe than sorry’, mhux hekk?!