30 Sena ta’ esperjenza

 30 Sena ta’ esperjenza

Il-Veduta – Ristorant li jibqa’ mfittex u popolari

L-aħwa Randolph u Paul Camilleri huma s-sidien tar-ristorant popolari u mfittex; il-Veduta. Apparti li ristorant li hu magħruf mal-gżejjer tagħna, huwa wkoll ristorant maħbub u anke ssuġġerut minn ħafna, speċjalment għall-ikel li jsajjar u jippreżenta lil min iżuru.

Bi 30 sena esperjenza u b’55 impjegat, il-Veduta għadu l-post vibranti sa mill-bidu tiegħu fejn in-nies immorru jiddevertu fih, jistrieħu u jissoċjalizzaw mal-familja jew mal-ħbieb waqt li jieklu xi ħaġa tajba f’atmosfera rilassanti b’veduti tassew mill-isbaħ.

“Isiru qishom parti mill-familja”, irrimarka magħna Randolph b’referenza għall-klijenti li jmorru ta’ spiss.

Fil-Veduta jsiru wkoll ‘private functions’ li tieħu bejn 60 sa 80 ruħ u b’kamra oħra li tesa bejn 150-200 ruħ fejn f’dawn l-imkejjen il-klijent jista’ jorganizza l-avveniment speċjali tiegħu kemm b’ ‘in-house catering’ jew dak għall-għażla tiegħu.

B’kapaċità totali ta’ 350 ruħ, ir-ristorant ikun fl-aqwa tiegħu fi tmiem il-ġimgħa. Ibbukkjaw qabel biex ma tiddiżapuntawx ruħkom għax kif qal is-sid stess, Randolph, “Importanti li intom toħorġu dejjem sodisfatti”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com