Illejla tkompli l-logħba iċ-Champions League

Ilejla tintlagħab il-kumplament tat-tieni ġurnata taċ-Champions League bl-akbar interess ikun f’ Grupp F meta Borussia Dortmund jilqaw lil AC Milan u Newcastle jilgħabu kontra PSG. Il-kampjun ta’ Manchester City imorru lejn l-Ġermanja u jilgħabu kontra RB Leipzig filwaqt li minn Grupp E mistennija żewġ logħbiet bilanċjati bejn Atletico Madrid kontra Feyenoord u Celtic jilgħabu kontra Lazio tal-Italja.
Il-kumplament tal-logħbiet ikunu dawn:
- FK Crvena Zvezda kontra Young Boys
- Royal Antwerp kontra Shakhtar Donetsk
- FC Porto kontra Barcelona