Inti temmen li wara mewtna mmorru l-ġenna?

 Inti temmen li wara mewtna mmorru l-ġenna?

Taħseb li l-Maltin jemmnu li wara l-mewt imorru l-ġenna? Minn stħarriġ riċenti li sar, ġie nnutat li madwar 400 persuna dawk minnhom 46% qablu sa ċertu punt li wara l-mewt imorru l-ġenna. 31% ma qablux u 23% mhux deċiżi ma’ dan. L-istudju juri li l-aktar li jemmnu fil-ġenna kienu dawk li għandhom aktar minn 65 sena, filwaqt li n-nisa jemmnu ħafna iktar li ser jmorru s-sema milli rġiel.

Barra minn hekk, xi 32% qablu li huma ħerqana biex jerġgħu jinagħqdu mal-maħbubin tagħhom wara l-mewt. L-insara jemmnu li l-mewt mhux it-tmiem tal-eżistenza tagħna. Dak it-twemmin sawwar il-fidi Kristjana minn meta Ġesù Kristu qam mill-mewt wara l-eżekuzzjoni tiegħu 2,000 sena ilu. Dan ma jfissirx li l-Kristjani b’xi mod ma jħossux jew ma jiġux affettwati mill-uġiegħ taʼ niket u telf meta jmut ħabib qrib. Imma jfisser li għandhom tama f’xi ħaġa eterna li tmur lil hinn mill-ħajja u l-mewt kif nafuha aħna. U dik it-tama ssostniehom fi żminijiet daqshekk diffiċli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com