It-tieni ġurnata taċ-Champions League

 It-tieni ġurnata taċ-Champions League

Illum tinsab it-tieni ġurnata fejn tkompli l-logħba taċ-Champions League, l-akbar kompetizzjoni prestiġjuża Ewropea. Il-logħba tal-ġurnata tkun dik li se tintlgħab fl-istadju ta’ Diego Maradona, fejn Napoli jilqaw magħhom il-ġganti Real Madrid. Logħba oħra bilanċjata se tkun bejn dik ta’ Inter u Benfica ġewwa Milan, logħba ripetizzjoni tal-kwarti tal-finali tas-sena li għaddiet. Fi Grupp A, Manchester United jilqaw lic-Champion Torok ta’ Galatasaray filwaqt li Bayern Munich jilgħabu kontra d-Daniżi ta’ FC Copenhagen.

Il-kumplament tal-logħob ikun dak ta:

  • Lens kontra Arsenal
  • PSV kontra Sevilla
  • Union Berlin kontra SC Braga
  • FC Salzburg kontra Real Sociedad.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com