Jirnexxielkom tfaddlu llum?
Kemm tfaddlu flus? Ma rridux nafu l-ammont per se … il-ħsieb hu, intom tfaddlu fil-ħajja tal-lum? Dari ħafna kienu dawk li jwarrbu mill-paga, jew inkella l-qliegħ mill-‘part time’ iwarrbuh. Imma llum mhux dejjem ikun possibbli li tagħmel hekk.
L-ewwelnett il-ħajja għoliet sew. It-tieni, irridu nammettu wkoll li drajna ngħixu fil-lussu u rridu kollox issa mingħajr ma nistennew.
Fejn hu dak iż-żmien li koppja tidħol ġo darha wara ż-żwieġ u mbagħad tarmaha ftit ftit … le hux inkella fuq il-midja soċjali ma nkunx nista’ nagħmel ‘reel’.
Dawn huma ftit għajnuniet kif tista’ ġġemma’ l-flus:
- neħħi ‘subscriptions bla bżonn
- ikkontrolla l-kapriċċi
- qabel tmur tixtri mingħand tal-merċa/supermarkets, agħmel lista
- naqqas li tiekol barra (mhux ta’ kuljum)
- aħseb minn xahar għall-ieħor
- agħmel ‘targets’ sempliċi
Li ġġemma’ jtik ftit kuraġġ ta’ stabbiltà, imma bħal f’kollox, inti taf 🙂