Kemm idejjaqni min ikollu ħalqu jinten …
Ġili ltqajtu ma’ xi ħadd b’ħalqu jinten? Hemm nies li qas jirrealizzaw dan imma hemm oħrajn li ma jkunx tort tagħhom. Għalkemm, fil-ġurnata tal-lum, hemm bosta rimedji bħal ‘sprays’ apposta tal-minta biex tmewwt l-irwejjaħ speċjalment jekk tkun se tiltaqa’ man-nies.
Irwejjaħ mill-ħalq jistgħu jkunu riżultat ta’ snien imħassra. Ir-riħa tinten/nifs jinten jissejjaħ Halitosis. Apparti s-snien u nuqqas ta’ iġene’ fil-ħalq, dan jista’ wkoll ikun riżultat ta’ kundizzjonijiet fis-saħħa bħal ħalq xott, ħruq fl-istonku u anke mard ieħor fil-ġisem.
Tajjeb li nnaddfu iżjed is-snien spiss u anke niflossjaw (floss). B’hekk tkun qed tneħħi partiċelli tal-ikel minn bejn is-snien u anke tevita l-ġebla. Tajjeb li apparti nidhru sbieħ, ninxtammu sew ukoll mhux hekk?!