Kieku kellu jiġi Primark hawn Malta!
Dan il-bejjiegħ multinazzjonali tal-moda huwa ċentru magħruf għal ħafna nies tal-lokal meta jsiefru barra minn Malta u l-flus li jintnefqu hemm huwa inkredibbli. Imma kollox huwa worth it! kif tista ma tonfoqx?
Ħanut li ilu miftuħ għal xi żmien f’Birkirkara, bl-isem ta’ ‘The Fashion Outlet’ kiseb ħafna mill-istokk tiegħu mingħand Primark u jagħmilha aktar aċċessibbli u faċli għall-poplu Malti biex ikun jista’ jixtri. Ġab kollox minn ilbiesi għal aċċessorji kif ukoll ħwejjeġ ta’ taħt.
Jekk Primark jiftaħ wieħed mil-ħwienet ġganti tiegħu Malta, taħseb li jkun ta’ suċċess kbir? U taħseb li kieku jkisser ħwienet lokali oħra li jkollhom jagħlqu?