Kienu għerqu 23 persuna kawża ta’ maltemp qawwi

Fit-30 ta’ Ottubru tal-1948, il-vapur t’Għawdex ma kienx għamel il-vjaġġ ta’ filgħaxija lejn Għawdex.
24 ħaddiem Għawdxi u Malti telgħu fuq luzzu li kien ġie għalihom u li kien misjuq minn Karmnu Gauci u sieħbu. Sakemm qabżu Kemmuna, kollox jidher li kien sewwa.
Iżda qabel daħlu lejn Ħondoq ir-Rummien, il-coxwain (persuna li tidderieġi biċċa tal-baħar) tant beża’ mill-maltemp li qalilhom biex jidħlu fl-eqreb xatt. Dan kien għall-ħabta tat-20.00.
Il-passiġġieri nsistew li jibqgħu deħlin l-Imġarr u x’ħin waslu fil-ponta ‘Tal-Imġarraf’, il-passiġġieri ppanikkjaw. Tliet passiġġieri għamluha sax-xatt, ieħor żamm mal-blat u 23 mietu.