Kingsway Bar & Restaurant Valletta

 Kingsway Bar & Restaurant Valletta

Kingsway – l-isem li kulħadd jaf

Mid-diversifikazjoni ta’ wieħed mid-diversi stabbilimenti tant popolari ta’ Piccinino ħolqu wieħed mill-iżjed postijiet mfittxija; Kingsway fejn fih wieħed/waħda jissoċjalizza. Ikel, kafè jew xi drink … Kingsway huwa l-post eċċezzjonali fil-qalba tal-kapitali Maltija, Valletta.

Gareth li huwa kok prim u li tgħallem waħdu, qatta’ snin twal jaħdem mal-kumpanija Emirates u kellu għarfien ta’ diversi kċejjen u palati differenti fl-ikel. Lura minn Dubai, il-ħolma li flimkien ma’ Matthew; is-sidien, jiftħu post fejn il-pubbliku jieħu cocktail u xi platt tajjeb saret realtà.

Is-servizz eċċellenti huwa l-prijorità tagħhom kif ukoll, li f’dan l-imkejjen, tgawdi minn kollox; mużika live, menu mill-ifjen, happy hours … minn kollazzjoni, brunch jew lunch u iżjed. Il-brunch jibqa’ mfittex sew fejn Kingsway kien minn tal-ewwel li beda joffrieh fil-Belt Valletta; idea li ġabu mill-ivvjaġġar lejn Dubai u l-Awstralja. Popolari jibqa’ l-Bottomless Brunch li huwa ‘package’ ta’ sagħtejn ‘free flowing’ prosecco, mimosas u spritzers flimkien ma’ selezzjoni ta’ tapas u dixx prinċipali għall-prezz ta’ €40 kull persuna.

Bil-ħsieb ukoll li jiftħu stabbiliment tal-catering taħt l-istess isem ta’ Kingsway, żgur li din il-ħolma se tkompli tikber u sservi lil dawk kollha li nnamraw ma’ dan l-istil u mal-ikel tajjeb u l-atmosfera li joffru.

Awguri tassew!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com