Komici Taljani

Il-ġenerazzjoni tas-snin 80 u 90 fil-maġġoranza tagħha trabbiet tara it-televiżjoni Taljana. Min filgħodu sa filgħaxija jew fuq ir-Rai jew inkella fuq Mediaset ta Berlusconi, min cartoons għal iehor u min series għal ieħor. Bis-saħħa ta’ dan kollu ħafna tgħallmu t-taljan u saru jħobbu dak kollu li hu Taljan. Xi ħaga li t-Taljani huma popolari għaliha fuq it-Televiżjoni hija l-komiċita. Bosta atturi Taljani ferħu u taw gost lit-telespettaturi Maltin. Ħafna min dawn l-atturi kienu jiħdu sehem f’films taljani jew inkella programmi taljani ta’ cabaret bħall ngħidu aħna ‘Drive in’ jew l-aktar riċenti ‘Zelig’.
Impossibli insemmuwhom kollha pero fost l-aktar popolari insibu lil Paolo Villagio bil-karattru ta’ Fantozzi, Lino Banfi li ħadem diversi karattri, Jerry Calà, Christian De Sica, Renato Pozzetto, Massimo Boldi fost oħrajn.
U int, min kien il-favorit tiegħek?