Konkos flok tarmak – Moda ġdida?
Ma nafx qattx innutajtu waqt li tkunu għaddejjin minn xi mkien fejn toroq, saħansitra anke ġodda, jkollhom rqajja bil-konkos. Dan wara li jkun ġara xi ħaġa fit-triq u jkollha tinqala’ xi biċċa, li nifhmu. Ix-xogħol irid isir u ħtiġijiet jinqalgħu.
Imma għaliex isiru bil-konkos imbagħad flok bit-tarmak? Forsi temporanju? Imma t-temporanju kemm għandu limitu taż-żmien? Għax ġieli mhux tintesa, hekk tkun saret u hekk tibqa’.
Ħasra li għandna pajjiż ċkejken sabiħ u fuq it-tentufiet, nitilfu l-qaleb u l-ġbejna.