L-Esplora bi ftehim għal aktar għarfien fuq ix-xjenza u t-teknoloġija b’risq l-anzjani

 L-Esplora bi ftehim għal aktar għarfien fuq ix-xjenza u t-teknoloġija b’risq l-anzjani

Ftit jiem ilu sar ftehim interessanti bejn l-entitajiet governattivi tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) fil-preżenza tal-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti. Ftehim li mistenni jara 7,000 anzjan igawdu minnu.

L-iskop huwa li jqajjem aktar kuxjenza u għarfien dwar ix-xjenza u t-teknoloġija lill-anzjani permezz taċ-ċentru interattiv tal-Esplora fejn qed ikunu offruti rati tad-dħul aktar vantaġġjużi u b’pakketti mfassla apposta għalihom.

Il-faxxa tal-anzjani tapprezza mmens tagħlim ġdid u nieħdu gost naraw li jsiru dawn it-tip ta’ avvanzi anke mill-entitajiet f’pajjiżna sabiex verament nesperjenzaw anzjanità attiva. Il-parteċipazzjoni tal-anzjani se twassal biex huma jkunu jistgħu japprezzaw aktar il-meravilji tax-xjenza b’mod uniku u interattiv.

Din ser tkun opportunità unika biex l-anzjani jiskopru dak li forsi meta kienu żgħar ma kellhomx l-opportunità li jiskopru. Fl-istess ħin l-Esplora toffri opportunitajiet kbar ta’ skambju interġenerazzjonali (taħlit ta’ bejn ġenerazzjoni u oħra) li huwa importanti ħafna fis-soċjetà tal-lum.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com