L-Inglizi jikkwalifikaw għal Euro 2024 u l-Maltin jerġaw jitilfu.

 L-Inglizi jikkwalifikaw għal Euro 2024 u l-Maltin jerġaw jitilfu.

Malta l-bieraħ lagħbet is-7 logħba mill-Grupp ta’ kwalifikazzjoni għal Euro 2024 li se jsir fil-Ġermanja u ġewwa l-grawnd Nazzjonali Ta’ Qali tilfet kontra l-Ukranja 3-1.

Kienet logħba li t-tim nazzjonali Malti kien ħaqqu aħjar fejn saħansitra morna fil-vantaġġ b’ goal ta’ Paul Mbong. Lejn l-aħħar ta’ l-ewwel taqsima autogoal sfortunat u penalty dawru r-riżultat favur l-Ukreni. Fl-ewwwel taqsima l-Maltin anke laqtu l-lasta permezz ta’ Matthew Gullaimier.

‌Din kienet is-7 telfa għall-Maltin, issa f’Novembru jonqos l-aħħar logħba meta ġo Wembley Londra nilgħabu kontra l-Inglizi li l-bieraħ għamlu ċert mill-kwalifikazzjoni b’rebħa fuq l-Italja bi skor ieħor ta’ 3-1.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com