L-Istilel tal-Michelin – Kif beda l-proġett? U x’kien l-iskop propju?
Il-Michelin Man oriġinali jmur lura għall-1894. Il-Michelin Man kien abjad minħabba li t-tajers tal-gomma li propjament huma bojod. Kien biss fl-1912, li l-kimiċi tal-karbonju tħalltu fit-tajers bojod, u ġew suwed. Il-bidla kienet strutturali, mhux estetika. Billi żiedu l-karbonju, it-tajers saru aktar durabbli.
Maż-żmien, Michelin bdiet ukoll tirrevedi r-ristoranti sabiex aktar nies jivvjaġġaw fit-tul (barra minn xtutna) biex jieklu f’dawn ir-ristoranti. Dan iwassal biex it-tajers tagħhom jittieklu u jispiċċaw aktar malajr, u jġiegħelhom jixtru aktar.
Is-sistema tal-istilla li tuża Michelin titla’ sa tlieta u hija mqassma skont jekk jaqbilx issuq lejn ir-ristorant jew le.
Stilla waħda: “Ristorant tajjeb ħafna fil-kategorija tiegħu”
Żewġ stilel: “Tisjir eċċellenti, jiswew vjaġġ fit-tul”
Tliet stilel: “Kċina eċċezzjonali, li tiswa vjaġġ speċjali…”
Maż-żmien, il-kunċett inbidel u l-istilel tal-Michelin ħadu valur ieħor; skont kemm għandu valur u kwalità l-ikel tar-ristorant partikolari, li minnhom għandna wkoll f’pajjiżna.