Malti, Russu, Ċiniż … kollha umani imma …

 Malti, Russu, Ċiniż … kollha umani imma …

Lingwa jew oħra, minn nazzjon jew ieħor … suppost komuni bejniethom hemm l-umanità. Imma mur għidlu hekk lill-pubbliku inġenerali, mhux dak Malti biss imma dinji.

Inħobbu nagħtu timbru lin-nies li naraw madwarna; dak Indjan puff kemm jinten, Taljan? Jieħu ras Alla, Ingliż -kalmi dawk madoff. U sejrin. Meta ngħidu hekk, mingħajr ma nindunaw inkunu qed nagħmlu differenza bejna u bejn nies oħra fejn anke nħossuna superjuri fuqhom jew inkella, naraw razza jew poplu aħjar minn ieħor. Hawnhekk jidħol sew ukoll is-suġġett tar-razziżmu. Interessanti l-fatt li skont min tkun il-persuna. Eżempju, issib min idejquh in-nies ta’ karnaġġjon skur għall-ebda raġuni imma mbagħad, jinħallu għal Barack Obama. Allura dan xi jkun? Huwa kollox il-moħħ; li jitfgħalna messaġġi jew nagħżlu aħna fejn niddereġuh biex b’dawn il-messaġġi, naġixxu fil-ħajja tagħna. F’dan il-każ, l-individwu jkun għażel li jinnamra mal-istatus tal-persuna u jinsa li ftit qabel ikun wera azzjonijiet razzisti fil-konfront ta’ nies b’ġilda skura.

Kemm hu sabiħ li ma nittimbraw lil ħadd għax wara kollox, aħna lkoll nissejħu umani. Issa twil, qasir, portuġiz jew spanjol … kollha nies. Billi nsemmu karatteristiċi li jispjegaw ġens minn ieħor ma hemm xejn ħażin. Imma tajjeb li nkunu konxji meta dawn il-karatterstiċi nużawhom biex ngħajru.

Ħeqq, u aħna l-Maltin kif isibuna?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com