Mexxu l-arloġġ b’lura.

 Mexxu l-arloġġ b’lura.

Hekk hu kellha tispiċċa imma għadha fis-seħħ. L-arloġġ ser jitmexxa lura nhar il-Ħadd 29 t’Ottubru fis-sagħtejn ta’ filgħodu biex immorru għall-ħin tax-Xitwa. Din kienet suġġeruta għall-ewwel darba fl-1784 minn Benjamin Franklin.

Madwar 70 pajjiż jużaw din il-prassi. Lura fl-2018, il-Parlament Ewropew kien ivvota biex jitneħħa t-tibdil fil-ħin li jsir darbtejn fis-sena; għal dak tas-sajf u għal dak tax-xitwa. Dan kien ġara wara stħarriġ mill-pubbliku li ra 4.6 miljun ċittadin Ewropew jivvota biex dan it-tibdil jintemm.

Il-waqfa ta’ dan kollu kellha tidħol fis-sena wara r-Rebbiegħa tal-2021 imma minħabba l-pandemija tal-Covid-19, l-esperiment waqaf ħesrem.

Min jaf forsi xi darba tieqaf din tal-ħin imma sadanittant, infakkrukom tmexxu l-arloġġ b’lura.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com