Mhux faċli għal kulħadd li jgħaddi minn korriment fit-tqala

 Mhux faċli għal kulħadd li jgħaddi minn korriment fit-tqala

Suġġett xi ftit jew wisq iebes u li mhux faċli li l-persuna tiftaħ qalbha dwaru u titkellem dwar l-emozzjonijiet li tkun għaddiet u għadha għaddejja minnu wara li jkollha korriment. Emozzjonijiet li jistgħu jtawwlu u li jaffettwaw il-benesseru tal-persuna. Dan huwa marbut sew ukoll mas-saħħa mentali tal-bniedem.

Korriment huwa meta t-tqala tintilef qabel tgħalaq l-20 ġimgħa tagħha. Madwar 20 fil-mija tat-tqala huwa mifhum li jintemmu b’korriment. Hemm ukoll korrimenti li jseħħu mat-12-il ġimgħa.

Is-sintomi jaf ikunu diversi fosthom:

  • li ma tibqax tħoss tqalliegħ tat-tqala
  • uġiegħ krepattiv taħt iż-żaqq
  • ħruġ ta’ likwidu mill-parti privata tal-mara u bosta oħrajn.

M’Aħnhiex hawn biex nallarmawk dwar dan. Tajjeb li dejjem iżżomm kuntatt mat-tobba tiegħek. L-għan tagħna hu, li inti li għaddejt minn korriment tiftaħ qalbek u titkellem ma’ dawk viċin tiegħek biex tgħin ruħek toħroġ minn din il-fażi li kapaċi tkun qed ittaqlek.

L-aħbar tajba hi, li mara tista’ terġa’ tinqabad tqila sa kmieni wara biss ġimgħatejn li tkun sofriet minn korriment. Imma dak tiddeċiedieh inti. Kuraġġ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com