Ottubru Roża

 Ottubru Roża

Ottubru Roża jew Pink October kif inhu mgħajjat l-iżjed, huwa x-xahar li fih titqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider. Għal dawn l-aħħar snin, Marigold Foundation żiedet sew il-viżibilità dwar dan is-suġġett u anke l-għarfien dwar kif persuna tinduna minn kmieni f’każ li jkun hemm traċċi li juru li jeżistu xi problemi fis-sider.

Dan ix-xahar jippreżenta informazzjoni dwar l-impatt tal-kanċer tas-sider, prevenzjoni, dijanjosi u anke t-trattamenti aċċessibbli għall-pubbliku. Tajjeb li nkunu konxji u li nieħdu ħsieb saħħitna.

Neżaminaw lilna nfusna u niftakru wkoll, li dan il-kanċer ma jattakkax nisa biss għalkemm huwa iżjed komuni fihom. Anke l-irġiel tajjeb li jeżaminaw lilhom infushom. Qatt tgħid ‘u le mhux għalissa’ għax taħseb li għadek żgħir/a fl-età. Sfortunatament, il-mard ma jarax etajiet.

Wħud mis-sintomi ta kanċer fis-sider jistgħu jkunu dawn li ġejjin:

  • Boċċa fis-sider jew taħt l-id
  • Nefħa fis-sider jew mal-madwar
  • Hmura u ġilda niexfa madwar il-beżżula (nippla)
  • Uġiegħ fil-beżżula

Dejjem tajjeb tikkonsulta t-tabib/a tiegħek u tieħu parir mediku. Nawgurawlkom dejjem, saħħa mill-aqwa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com