Pajjiżna sabiħ, mhux perfett imma ngergru wisq?

 Pajjiżna sabiħ, mhux perfett imma ngergru wisq?

Pajjiżna bid-difetti li nsibu fih u li anke ħafna minnhom huma difetti tagħna stess fl-imġieba, l-attitudni u l-mentalità, huwa sabiħ. Dan huwa fatt li lkoll nemmnu u naħsbu li naqblu fuqu. L-istorja, il-kultura, l-imkejjen u anke n-nies stess li għadna kif semmejna li kapaċi jkunu huma parti min-negattiv.

Issib minn kollox. Issa min jikkritika għax hekk iħobb … kif jgħid il-Malti anqas jekk tagħmillu l-ilma jiżfen. Issa imbagħad min jikkritika għaliex iħoss qalbu tuġgħu li pajjiż bħal tagħna, bi ftit iżjed attenzjoni kapaċi jkun fost l-iprem. Issib min ikollu aġenda politika jew inkella anke dawk li verament ma jaraw xejn tajjeb. L-opinjoni hija d-dritt tal-individwu u hekk għandu jkun.

Imma rridu niftakru wkoll li Malta u meta ngħidu Malta b’mod awtomatiku qed tinkludi lil Għawdex u Kemmuna, għax dak huwa l-arċipielgu Malti, hija ferm sabiħa. Apparti t-temp (li qed jinbidel ukoll), għandna ħafna tajjeb. Għandna aspetti li fihom morna ‘l quddiem u oħrajn li forsi tenħtieġilhom iżjed attenzjoni. Suġġett li bla dubju huwa fuq quddiem fl-imħuħ tan-nies huwa l-ambjent. Ma nistgħux nibqgħu nżidu bini bla rażan biex insaħħu l-ekonomija tagħna meta dan qed ikerraħ, almenu jekk nibnu, jenħtieġ stil (skyline) bħal pajjiżi kbar fejn il-karattru Malti jibqa’ u l-progress ma jieqafx.

Madanakollu, irridu nkomplu nħobbu lil Malta tagħna għaliex din hija darna. Imma kulħadd jaħsibha hekk? Inti x’taħseb dwar dan?Pajjiżna sabiħ, mhux perfett imma ngergru wisq?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com