Postijiet li għandek iżżur meta titla Sqallija
Postijiet li se nżuru fi sqallija … daħq, ovvjament ma jonqosx
Bejn it-3 u l-5 ta’ Novembru li ġej qed tkun organizzata Ħarba Sa’ Sqallija mad-Danusan; tliet ijiem ta’ divertiment u iżjed.
Tliet ijiem ippakkjati bi żjajar f’postijiet ta’ interess bħal Sirakuża; belt magħrufa għall-ġmiel tagħha u protetta mill-UNESCO. Sirakuża hija wkoll magħrufa għad-devozzjoni lejn Santa Luċija. Bla dubju, ix-xiri li għalina l-Maltin jibqa’ importanti mhux se jonqos. Se nżuru l-Outlet Village; mimli b’ditti popolari u bi prezzijiet vantaġġjużi fejn inħallukom tagħmlu l-festa tagħhom tax-xiri.
L-ikel tipiku li jinżel għasel lil kulħadd huwa wkoll mument eċċezzjonali fi Sqallija u dan mhux se nħallukom neqsin minnu. Logħob u divertiment u daħq u allegrija.
Dan kollu fil-hotel ta’ 4 stilel Il Podere f’Sirakuża stess li tinsab qalb is-siġar taċ-ċitru u ż-żebbuġ bi kmamar sbieħ għall-kumdità tagħkom. Fiha nsibu wkoll ‘bounce castle għat-tfal ħalli kulħadd jieħu pjaċir.
Titilfux din l-opportunità unika. Ejjew magħna!