Qatt ġejt rikattat biex tibgħat xi flus?
X’għandek tagħmel f’mumenti hekk?! L-ewwelnett żomm kalm. It-tieni, poġġi bilqiegħda u aħseb x’inhi r-raġuni. Jista’ jkun li inti verament għandek tagħti u ma onorajtx il-wegħda tiegħek. Jista’ jkun però, li min-naħa l-oħra ma jkun hemm l-ebda ftehim iżda l-persuna li qed tirikattak għandha xi informazzjoni fuqek li int ma tixtieqx li ssir pubblika; hi x’inhi l-informazzjoni privata fuq ħajtek.
Tajjeb li taħseb fit-triq ‘il quddiem mingħajr ma tidħol f’konfront mal-persuna. Jekk ir-raġuni hija t-tieni waħda li spjegajna, inti għandek tinforma lill-pulizija u titlob gwida dwar dan. Jekk hija tal-ewwel, ara li tippjana kif se tħallas l-ammont; f’daqqa jew bil-mod imma importanti li tagħmilha ċara fi spjega lill-persuna.
Importanti wkoll li jkollok xhieda li l-ħlas dovut inti onorajtu, kemm permezz ta’ e-mail jew bil-miktub, anke xhieda tal-komunikazzjoni kawta li tagħmel.
Illum jeżistu servizzi fi ħdan Caritas Malta li jgħinuk timxi ‘l quddiem. Użah. Kollox jittranġa b’rieda tajba u b’onestà.