Rizultati tal-logħob tat-tieni ġurnata taċ-Champions League

 Rizultati tal-logħob tat-tieni ġurnata taċ-Champions League

Il-bieraħ intlgħab il-logħob tat-tieni ġurnata tal-gruppi taċ-Champions League fejn l-aktar riżultat li ssorprenda kien dak ta’ Newcastle li ġewwa St James’ Park umiljaw lil PSG b’iskor ta’ 4-1. Mill-istess grupp kellna lil AC Milan imorru għand Borussia Dortmund u jakkwistaw punt kull wieħed wara li l-logħba intemmiet mingħajr goals. Iċ-Champions ta’ Manchester City kellhom logħba ikkumplikata biex għelbu lil RB Leipzig 3-1 b’goals ta’ Foden, Alvarez, u Doku bl- aħħar żewg goals jaslu fl-aħħar mumenti tal-logħba. Rebħiet barra min darhom ukoll għal Lazio u Barcelona kontra Celtic u Porto rispettivament.

Il-kumplament tar-riżultati kienu dawn:

· Atletico Madrid kontra Feyenoord 3-2

· FK Crvena Zvezda kontra Young Boys 2-2

· Royal Antwerp kontra Shakhtar Donetsk 2-3

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com