Tagħmel laqgħat nhar ta’ Ħadd?
Din tgħodd għal min hu fil-business, u speċjalment fil-politika. Ħafna kandidati u politiċi jħobbu jiltaqgħu man-nies u jagħmlu sew. Din hija fenomenu ta’ pajjiżna għaliex barra minn xtutna, jista’ jkun li l-politiċi huma maqtugħin iżjed min-nies minna.
Imma rridu niftakru li l-Ħadd huwa jum ta’ mistrieħ. Mingħajr ma jkun jaf, il-persuna li titlob li tiltaqa’ l-ħadd, tpoġġi f’sitwazzjoni antipatka lill-persuna l-oħra li ma tkunx taf tgħid le u tispiċċa anke l-Ħadd imqaddes b’laqgħa jew tnejn.
Veru ftit ħin u tgħaddi, imma mhux ħajja waħda għandna? Għandna dritt ingawdu jum ta’ mistrieħ. Fir-reliġjon ngħidu, Jum il-Mulej … fejn il-kredenti jistrieħu u jirringrazzjaw l’Alla u ma kinitx imfissra hekk għalxejn.
Hemm ħafna nies li jaħdmu wkoll bħall-pulizija, tobba, nurses u oħrajn. Nifhmuhom u napprezzaw xogħlhom. Imma int li llum suppost tistrieħ, tgħallem għid le u strieħ. Il-Ħadd it-tajjeb.