Tibda tinqala il-pjazza tal-Birgu
Wara li f’Marzu tal-2021 tħabbar li l-pjazza tal-Birgu ser tisebbaħ permezz ta’ proġett ta’ riġenerazzjoni, issa nistgħu ngħidu li x-xogħol beda u din il-pjazza tant popolari illum għandha parti tagħha imħaffra bil-ħaddiema jaħdmu biex dan il-proġett jitlesta malajr kemm jista jkun.
Il-pjazza tal-Birgu tinstab eżattatment fiċ-ċentru ta’ din il-Belt antika u skond pjanti li gew preżentati, ser ikun hemm zona kbira pedonali b’ammont kbir ta’ pavimentar. In-nies tal-lokal kellhom rispons mħallat peress li kien hemm min ikkumenta li dan il-proġett kien modern wisq għal din il-belt storika kif ukoll kien hemm min qal li kien ilu wisq żmien li l-pjazza kienet tinstab fi’ stat diżastruża. Il-biża tal-lokal kien li dan il-proġett ser jaffettwa l-armar rikk li l-festi tal-Birgu għandhom, pero meta ġew avviċinati l-kumitati rispettivi dawn qalulna li qabel ma gie mfassal il-proġett ġew ikkonsultati rigward dan l-armar.
Tajjeb wiħed jgħid ukoll li qabel beda dan il-proġett, tlestew it-toroq li jwasslu għal din il-pjazza, dawk ta’ Triq La Vallette, Triq San Filippu u Triq il-Gvernatur l-antik.