Tibdil fit-Tazza tad-Dinja 2030
Wara li l-UEFA organiżżat il-Euros 2020 f’diversi pajjiżi differenti issa kien imiss lil FIFA li tesperimenta fl-aktar kompetizzjoni importanti tal-football, it-Tazza tad-Dinja. Il-FIFA matul dawn il-jiem ħabbret li t-Tazza tad-Dinja 2030 ser tkun ospitata min 3 pajjiżi differenti, dawk ta’ Spanja, Portugal u Marokk. Minbarra dawn il-pajjiżi, il-logħob inawgurali ser jsir fi’ 3 pajjiżi tal-Amerika ta’ isfel, li ser ikunu l-Arġentina, Paragwaj u l-Uruguay. Dan ifisser ukoll li għall–ewwel darba din il-kompetizzjoni se tintlgħab fi’ 3 kontinenti differenti.
Dawn l-istess 5 pajjiżi ser jkunu kwalifikati għall-istadju tal-gruppi awtomatikament u din il-kompetizzjoni se tintlgħab bejn Ġunju u Lulju tas-sena 2030.
It-Tazza tad-Dinja li jmiss ser issir fis-sena 2026 u ħa tkun organiżżata mil-Istati Uniti, Mexico u Canada.