Tiekolha sħiħa jew kaxxa kaxxa?

Min ma jħobbhiex iċ-ċikkulata. Bajda, tal-lewż, skura, bit-togħmiet differenti u ta’ kull forma … ta’ kull togħma. Orgażmanti jekk tħobba daqshekk!
Hemm min jgħidlek “le ċikkulata ddejjaqni!” Hemm min imut għal biċċa kuljum.
Issib dawk in-nies li jkollhom kapaċità ta’ kontroll fejn jaqtgħulek kaxxa kaxxa u ċikkulata sserviehom 5 t’ijiem. Int ma’ liema kategorija taqa’? Dawk tal-kaxxa kaxxa, jew li tikolha sħiħa?