Tinqeda mill-Kunsill Lokali ta’ raħal twelidek?

 Tinqeda mill-Kunsill Lokali ta’ raħal twelidek?

X’taħsbu dwar il-kunsilli lokali? Issibuhom effettivi? x’tafu dwarhom?

Forsi ħafna jaħsbu li kunsill qed hemm biex għandhom inħallsu xi ċitazzjoni, biex inċemplulhom fuq xi bankina jew bdil ta’ bozza u biex jorganizzaw xi attività/festa kulturali fil-belt jew raħal li ngħixu. Imma ‘ l bogħod minn hekk.

Qabel xejn, tajjeb ngħidu li l-ġbir ta’ skart mhuwhiex f’idejn il-Kunsilli iżda f’idejn ir-Reġjun li minnhom għandna 5 f’Malta u Għawdex reġjun għalih.

It-tieni, ikun hemm ħafna xogħol ta’ ppjanar li jkun irid isir anke meta fil-lokal ikun ser jitwettaq xi proġett maġġuri bħal ngħidu aħna triq prinċipali li ma tkunx taqa’ f’idejn il-Kunsill.

Hemm ukoll xogħol ta’ kontabbilità li tiegħu jrid isir assessjar sew biex il-fondi pubbliċi jintefqu kif suppost. Tingħata għajnuna wkoll lill-għaqdiet lokali anke f’festi kbar bħall-Milied, l-Għid il-Kbir u l-festa tar-raħal, jgħinu fl-immanniġġjar tat-toroq u traffiku, iħeġġu l-komunità tipparteċipa kemm lokalment u anke barra minn xtutna fi proġett marbuta mal-ambjent, saħħa aħjar, progress fil-ħajja u iżjed. Hemm ħafna aktar x’jissemma. Xi ċamata mingħand xi ħadd ma tonqosx, biex ngħidu kollox, u l-kunsill mhux dejjem ikun jaħti.

Is-Sindki u l-kunsilliera m’humhiex ‘full timers’ u l-ħidma tagħhom jagħmlu fil-ħin li joħolqu huma ġaladarba jkunu kkontestaw għall-elezzjoni tal-kunsill u ġew eletti.

Inti x’taħseb fuq il-kunsill ta’ pajjiżek?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com