Tinsewx li l-lejla ndawwru l-arloġġ siegħa b’lura.

Hekk kif is-sajf f’Malta spiċċa u dħalna fil-ħarifa, l-ħin tas-sajf lokali jispiċċa fit-3 ta’ filgħodu fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru li propju huwa għada. Dan ifisser li rridu ndawru l-arloġġ siegħa b’ lura u għaldaqstant għandna l-vantaġġ li nistgħu norqdu siegħa oħra ta’ mistrieħ.
Intom x’ taħsbu, għandha titwaqqaf din li ta’ kull sena indawru l-arloġġ? Tipreferu ħin tas-sajf jew tax-xitwa?