Tixtri jew tadotta annimali?
Qed tikkunsidra li tintroduċi annimal f’ħajtek? Hija deċiżjoni eċċitanti u li tbiddilek ħajtek, iżda waħda li m’għandhiex tittieħed b’nofs qalb. Hemm ħafna ħsieb madwara mhux kemm taqbad u ġġib annimal ġo dar. Waħda mil-mistoqsijiet li trid issaqsi hija, jekk id-dar tiegħek hija sigura u adattata għall-annimali. Għandek ħin biżżejjed u taffordja li tieħu ħsieb annimal? Kemm tista’ tiddedika ħin lill-ħabib il-ġdid tiegħek? U mistoqsija għaqlija oħra hija dik, jekk hux ser tixtri jew tadotta.
Hawn taħt issib lista ta’ 7 mir-raġunijiet għaliex għandek tadotta annimali minn xelter jew ċentru ta’ salvataġġ.
🐶 Qed issalva ħajja.
🐱 Int tgħin biex tipprevjeni popolazzjoni żejda.
🐦 Tista’ ssib dak l-annimal tal-ħolm tiegħek.
🐰 Tikseb il-vantaġġi ta’ annimal adult.
🐟 Tadotta annimali b’saħħithom.
🐹 L-adozzjoni hija tajba għall-kartiera u r-ruħ tiegħek.
🐾 Ittejjeb ħajjithom u tiegħek!