Tort ta’ min?

 Tort ta’ min?

F’dawn l-aħħar jiem reġgħat qamet id-diskussjoni dwar it-Tim Nazzjonali Malti, xi ħaga li dejjem tqum wara riżultat ħażin. F’din l-edizzjoni Malta s’issa ma kisbet l-ebda punt u meta tqis li l-aħħar logħba hija kontra l-Ingliżi ġewwa Wembley, il-possibilita’ li niksbu xi punt hija remota ħafna u viċin l-impossibli.

Ħafna qed jagħtu l-ħtija lil-kowċ nazzjonali Michele Marcolini li dan kellu jimla l-post ta’ Devis Mangia li kien ħalla impressjoni tajba bil-wirjiet tal-Maltin fis-snin li għaddew. Peroʽ jekk wieħed janalizza sew, l-istess Mangia ma kienx kiseb xi riżultati differenti ħlief għal meta lgħabna fin-Nations League kontra timijiet tamparna.

Tajjeb infakkru wkoll li anke fin-Nations League ma dawn in-nazzjonijiet tamparna Malta ma irnexxlix tiġi promossa. Lil Marcolini wieħed irid jagħtih ċans għal meta Malta tipparteċipa fin-Nations League li jmiss kontra dawk in-Nazzjonali ta’ l-istess livell tagħna, imbagħad hemm wieħed ikun ġust fil-kritika tiegħu.

Li li tikkritika wara telfa ma’ ġganti bħall-Ingliżi u t-Taljani jew ma’ Nazzjonjiet kbar bħall-Ukranja ma naħsbux li jkun ġust u biex wieħed jgħid kollox il-problema tat-tim Nazzjonali żgur mhux tort tal-kowċ li ilu Malta xhur biss, peroʽ wieħed għandu jħares lejn l-istampa kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com