Xi xtaqt ikollok meta għalaqt is-16-il sena?
X’mistoqsija dik! Kemm ridna affarijiet, min jaf. naħseb ħafna mill-ħsieb kien imur biex iġru nagħlqu t-18 ħalli nibdew insuqu. Imma dari, ta’ 16, qed ngħidu għal dari sew, forsi l-adoloxxenti kienu jingħataw iċ-ċavetta tad-dar u dak jew dik li jkun, kienu jħossuhom li issa ‘kibru’ u saru liberi.
Imma din il-prassi ma tant għadha tgħodd illum għaliex fid-dinja li qed ngħixu, iċ-ċavetta fil-but tkun ilha li tpoġġiet.
Għidulna ftit x’kont tixtiequ li tibdew tagħmlu, jew tixtru, jew fejn ridtu tibdew tmorru malli għalaqtu s-sittax -il sena?!