X’manija għandna … kollox jibda tard!
Tinnutawha din? Kollox irid jibda tard … jekk konferenza, jekk kunċert, jekk avveniment … għax il-Ministru ma wasalx jew ma waslitx, għax inqalgħet problema teknika, għax hekk u għax hekk. Imma dan vizzju misħut! Possibbli m’aħnhiex iddixxiplinati biżżejjed biex jekk nagħtu ħin, ikun ħin.
Sfortunatament dan narawh anke f’avvenimenti kbar fejn anke ġieli jkollna mistiedna barranin. Biex ngħidu kollox, ikun hemm avvenimenti li jibdew fil-ħin, imma hija komuni iżjed li dejjem nibdew tard.
Toħloq frustrazzjoni kbir din il-ħaġa u turi wkoll nuqqas ta’ dixxiplina. Irridu nammettu u naċċettaw li le, mhux għax hemm problema teknika (li veru jinqalgħu ok, imma possibbli kull darba?), għax irridu nidraw naħsbu qabel, nittestjaw qabel, nippreparaw kollox qabel. Bħal meta naħsbu minn kmieni biex nippjanaw, li nżommu l-puntwalità trid tkun parti mill-pjan ta’ kull ħaġa li sseħħ.
Intom x’taħsbu fuqha din?