X’tagħmel l-ewwel ħaġa kif tqum?
Ħeqq tmur sal-kamra tal-banju. Forsi le. Tiġri lejn it-terazzin jew gallarija biex tpejjep sigarett. Tieħu kafè. Tnaqqar xi ħaġa dirett mill-fridge. Tieħu kolazzjon sura. Tmur dritt tara x’ħa tilbes u forsi tgħaddi xi qmis. Mhux kulħadd l-istess!
Jekk inti tixtieq li tkun iżjed rilassat matul il-jum, Dan huwa dak li huwa suġġerut li tagħmel biex ikollok iżjed bilanċ fil-ġurnata tiegħek:
- Ħu tazza ilma.
- Aħsel wiċċek u fittex ix-xemx.
- Istreċċja ġismek. Il-muskoli jkunu għadhom iġġamjati wara lejl fis-sodda. Dejjem agħmel dan bil-galbu għaliex ‘stretching’ ħażin jaf iweġġgħek.
- Ħu kolazzjon bilanċjat.
- Immedita ftit b’xi mużika ħafifa jew billi taqra xi ħaġa f’forma li tixtieq. Tista’ tkun ukoll talba.
- Ipprepara r-rutina tiegħek għall-jum.
- Ilbes bil-kwiet u aħseb biex toħroġ mid-dar.
Dawn l-ideat kultant huma ovvji. Imma llum il-ġurnata, donnu l-ovvju m’għadux ovvju. Bil-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu f’dan is-seklu, kapaċi ssib ħafna nies li malli jqumu, moħħhom ikun diġà beda jhewden x’se jsajjar, x’se jagħmel filgħaxija, x’meeting għandu fuq ix-xogħol u elf ħsieb ieħor.
Dan kollu jikkaġuna stress qawwi li ma nirrealizzawx kemm joħloq ħsara anke fuq is-saħħa mentali tagħna. Sta għalina li nieħdu r-riegni f’idejna tal-ħajja li ngħixu. Kollox jiddependi minna nfsuna u li ninqatgħu minn irbit li noħolqu aħna stess.