Bdejt taħseb għar-rigali tal-Milied?
Għalkemm għadna fil-bidu ta’ Novembru, bosta jkunu dawk li jibdew jaħsbu anke minn qabel illum, biex jixtru r-rigali tal-Milied.
Dan għal bosta raġuni. Hemm min jaħseb hekk biex ma jinqabadx fil-ġenn tal-aħħar jew inkella biex ma jinshiex lil xi ħadd. Hemm ukoll min jagħmel hekk, biex ma jarax l-ispiża kbira meta f’Diċembru, l-ispejjeż ikunu ħafna.
Tajjeb li wieħed jaħseb ftit qabel ma jixtri rigal; mhux l-ammont li jiswa, imma l-ħsieb warajh. Sabiħ ukoll li nagħtu lil xulxin affarijiet utli u li nafu li se jintużaw. B’hekk inkunu iżjed kawti u nkunu qed nagħtu xi ħaġa sostenibbli.
Il-ħela mhi sabiħa qatt anke jekk inti sinjur. Dan il-Milied, ixtri bi ħsieb. Tesaġerax. Li tagħti, se jkun apprezzat xorta waħda.