Belt Ewropea 2031
Ir-Rabat Għawdex u l-Birgu huma il-kandidati għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031, wara li s-sena l-oħra l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta (VCA) ħarġet sejħa għall-espressjoni ta’ interess.
Il-Kumissjoni Ewropeja kienet stabilit li fis-sena 2031 Belt Maltija kellha tingħata dan it-titlu u wara li l-Gvern kien ħabbar din l-inizjattiva biex kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex jippreparaw il-proposti ta’ interess tagħhom, kienu l-kunsilli tal-Birgu u Rabat Għawdex li ssottomettew l-applikazzjoni.
Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura hija Belt magħżula mill-Unjoni Ewropea għal perjodu ta’ sena li matul din is-sena ser tingħata ċ-ċans li turi l-ħajja kulturali u l-iżvilupp kulturali tagħha. Diversi bliet Ewropej użaw is-sena Kapitali tal-Kultura biex jittrasformaw kompletament il-bazi kulturali tagħhom u meta jagħmlu dan, il-mod li bih jitqiesu internazzjonalment.
Lura fis-sena 2018 kienet il-Belt Valletta li kienet ingħatat dan it-titlu.