Da Gino, stabbiliment fil-Belt Valletta
Jisimni Karl, għandi 30 sena u ngħix il-Belt Valletta. Ħafna nies isibuni bħala Ġino, laqam li kienu tawni sħabi meta kont iżgħar u li baqa’ miegħi sal-lum il-ġurnata. Id-dinja tax- xogħol tiegħi tista’ tgħid li bdiet fil-catering, fejn lura fil-passat kelli xogħolijiet bħala barman, waiter u wkoll bħala chef. Minn dejjem kont inħobb dan il-qasam tax-xogħol u b’hekk iddeċidejt li nkompli fuq din il-linja.
Fis-sena 2018 ftaħt l-ewwel ħanut tiegħi fi Strada Stretta, bl-isem ta’ Carmen Bar. Il-bidu ma kien faċli xejn, però nemmen li jekk persuna tkun iddedikata lejn xogħohla, kollox huwa possibbli. Wara ħafna xogħol, stress, kif ukoll suċċess, iddeċidejt li mmur għall-pass li jmiss u niftaħ it-tieni bar. It-tieni Bar tiegħi li jismu ‘Da Gino’, ftaħtu f’Diċembru tas-sena 2022, fil-Belt Valletta, f’post differenti b’ kunċett differenti minn dak tal-Carmen Bar. Nista’ ngħid li llum il-ġurnata ż-żewġ kunċetti sejrin tajjeb ferm u vera kuntent fejn wasalt.
Iddeċidejt li niftaħ dan it-tip ta’ business, għax kif forsi diġà tafu, minn meta kont żgħir din l-industrija dejjem settur li nħobb u kif wkoll xtaqt naqbad triq għalija u jkolli il-business tiegħi. Nemmen li ftaht f’din it-tip ta’ industrija u mhux f’oħra, għax nemmen li għandi ħafna iktar x’noffri f’dan il-qasam milli f’xi industrija oħra, kif wkoll nista’ ngħid li xogħoli nagħmlu minn qalbi u dejjem nara x’se nivvinta u noħloq kunċetti godda.
L-ispeċjalità tiegħi f’dan il-bar hija li jien vera bniedem kreattiv, inħobb inkun preżenti ħafna mill-ħin biex nara li x-xogħol għaddej bil-galbu u kif ukoll niltaqa’ mal-klijenti jien stess.
Għandi pjanijiet biex fil-futur niftaħ f’lokalijitajiet oħra barra l-Belt imma kollox pass pass u bil- galbu. Nemmen li fil-futur jkolli l-ħwienet tiegħi f’ lokalitajiet differenti u b’kunċetti innovattivi.
Il-ftuħ tal-bar il-ġdid Da Gino, huma mill-10:00am sas-2:00am. Da Gino huwa kunċett differenti minn Carmen Bar. F’dan l-istabbiliment inservu tip ta’ nbid differenti, cocktails kif ukoll inservu platters. Il-Bar huwa bbażat fuq tema rillassanti meta tikkomparah mal-Carmen Bar. Ħaġa li tagħmel Da Gino differenti, hija l-atmosefera tan-nies li jkun hemm kif ukoll l-istaff, li huma importanti u li wkoll jagħmlu l-post uniku. Żuruna.