Fil-festini tal-Milied, ma nesaġerawx fl-ikel!

 Fil-festini tal-Milied, ma nesaġerawx fl-ikel!

Dan iż-żmien forsi se jkollna xi ftit artikli relatati ma’ dan il-perjodu ta’ festi. L-għan tagħna huwa li noħolqu kuxjenza u forsi ngħinu wkoll lil xulxin. Ngħinu wkoll lil dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jħobbux dan ix-xahar tal-festi; u forsi dawn is-suġġetti li qed niktbu dwarhom, huma wħud mill-bosta raġunijiet għaliex ma jħobbuħx.

L-ikliet u l-festini li nagħmlu, speċjalment f’pajjiżna, ikunu kkaratterizzati minn ammont kbir ta’ ikel, tant li jkun hemm ħafna ħela.

Tajjeb nikkunsidraw qabel xejn, l-ammont ta’ mistiedna li ser ikollna u nagħżlu ikel tajjeb li kapaċi jżomm anke wara li jgħaddi l-festin u nkunu nistgħu nikkunsmawh aħna mal-familja tagħna.

Il-ħela mhi tajba qatt. Niftakru li ftit ‘il bogħod minna, hemm gwerer għaddejjin u qas qatra ilma m’għandhom, aħseb u ara l-ikel tal-parties tagħna. Ma rridux intelfu l-ferħ, anzi, ejjew nieħdu gost bil-qies u bil-ħsieb!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com