Filli Ebay, Amazon, Alibaba u Joom u issa faqqas Temu

 Filli Ebay, Amazon, Alibaba u Joom u issa faqqas Temu

Kien hemm żmien fejn kulħadd kien iffisat fuq Ebay u Amazon umbad qabad ir-ritmu Alibaba u Joom fejn issib affarijiet irħas u bi prezzijiet tajbin u issa faqqas Temu. Għalkemm ġiet imwaqfa lura f’ Lulju ta’ 2022, jidher li qisu dan l-aħħar saret taqbad iktar il-fama bejn in-nies. Temu huwa suq onlajn bħal Shein u Ebay fost oħrajn ibbażat f’Boston, Massachusetts l-Amerka u mħaddem mill-kumpanija tal-kummerċ elettroniku Ċiniża bbażata fl-Irlanda. Joffru prodotti bi prezzijiet u skonti li ma jitwemnux u jintbagħtu lill-konsumaturi direttament miċ-Ċina.

Hekk kif ħafna nies xtraw kemm-il darba minn siti oħrajn onlajn, fuq Temu għad hemm min mhuwiex daqsekk ċert jekk hux ‘reliable’ jew ‘safe’ biex konsumatur jixtri minn fuqha. Riċentament onlajn kien hemm ħafna ilmenti dwar Temu, jgħidu li l-oġġetti qatt ma waslu jew jekk waslu ħadu ġimgħat jew saħansitra xhur biex jaslu.

Xtrajtu min fuq Temu u x’ kienet l-esperjenza tagħkom?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com