FIRE DRILL – kemm hu importanti li kullħadd ikun jaf x’ jagħmel jekk jinqabad fin-nar

 FIRE DRILL – kemm hu importanti li kullħadd ikun jaf x’ jagħmel jekk jinqabad fin-nar

Qatt mhi ħaġa sabiħa li fil-verità jaqbadlek il-bini jew saħansitra tista’ tkun ukoll id-dar tiegħek. Kemm-il darba nisimgħu b’ fire engines għaddejjin minn ġot-toroq tagħna. Iżda, kemm aħna kawti biżżejjed li nafu nipprevjenu jew x’ għandna nagħmlu jekk nsibu ruħna f’sitwazzjoni hekk? Ħafna min-nies infatti ma jafux x’ inhuwa fire drill u anki tagħmir tas-sigurtà tan-nar li għandek iżżomm f’ kull binja biex jekk jaqbad in-nar tkun tista’ titfieh.

U għalhekk nistaqsu, tafu x’ inhu ‘fire drill’ u l-importanza tiegħu? Fire drill huwa eżerċizzju strutturat u ppruvat li għandu l-għan li jiffamiljarizza lill-individwi mal-passi meħtieġa li għandhom jieħdu meta sseħħ emerġenza tan-nar fil-post. L-għan primarju huwa li tippromwovi evakwazzjoni rapida, ordnata u sigura tal-individwi filwaqt li jiġi evitat ir-riskju ta’ diżgrazzji. L-eżerċizzji tan-nar huma kruċjali għat-tħejjija tas-sikurezza peress li jippermettu l-prattika ta’ proċeduri ta’ emerġenza, jimminimizzaw il-paniku, u jiżguraw evakwazzjoni effettiva matul emerġenzi tan-nar.

Dawn l-istruzzjonijiet tal-fire drill ma jiġux implimentati għad-dar, għax hija sitwazzjoni kemxejn differenti.

Prevenzjoni għal ġewwa d-dar tista’:

  • Tinstalla allarmi tad-duħħan fuq kull livell tad-dar tiegħek, ġewwa l-kmamar tas-sodda u barra ż-żoni tal-irqad.
  • Tittestja l-allarmi tad-duħħan kull xahar. Jekk ma jkunux qed jaħdmu, ibdel il-batteriji.
  • Tkellem mal-membri kollha tal-familja dwar pjan f’ każ ta’ nar x’ għandek tagħmel.
  • Jekk iseħħ nar fid-dar tiegħek, oħroġ ‘il barra u ibqgħu hemm u ċempel għall-għajnuna immedjatament. Qatt tmur lura ġewwa għal xi ħaġa jew xi ħadd.

Apparti min hekk, tista’ tagħmel użu minn tagħmir tas-sigurtà tan-nar:

  • Allarmi tan-Nar.
  • Ditekters tal-Monossidu tal-Karbonju. …
  • Kutri tan-Nar. …
  • Estintur tan-nar. …
  • Safe Reżistenti għan-Nar.

Għandkom minnhom dawn it-tagħmir fuq il-post tax-xogħol jew fid-djar tagħkhom? Qatt tilagħbu man-nar għax huwa perikoluż.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com