Frosty Meadows – San Ġwann Raħal tal-Milied

 Frosty Meadows – San Ġwann Raħal tal-Milied

Frosty Meadows jagħti bidu għall-istaġun tal-Milied b’avveniment uniku u mill-isbaħ li joffri atmosfera unika għall-familja kollha. Divertiment bit-tema maġika tal-Milied, attivitajiet għat-tfal, artisti lokali, u żona ta’ ikel u xorb, u mixgħela mill-isbaħ tal-Milied li issa saret sinonima mal-lokalità ta’ San Ġwann

It-tfal ser ikollhom l-opportunità li jqattgħu ħin ma’ Santa Klaws, kif ukoll mal-karattri popolari ta’ Minnie u Mickey Mouse. Bosta esebituri u parteċipanti ser ikunu qed joffru firxa ta’ oġġetti, minn pjanti u aċċessorji tal-Milied sa ġugarelli u ħelu, kumplimentati minn ikel u xorb tradizzjonali tal-Milied.

Frosty Meadows ser jiġi organizzat fl-Iskola Primarja San Ġwann, mill-Ġimgħa 1 ta’ Diċembru sal-Ħadd 3 ta’ Diċembru 2023. L-attivitajiet il-Ġimgħa jibdew fil-17.30, bil-programm tas-Sibt jiżvolġi mid-9:00 am sal-22:00. Il-Ħadd mistennija ġurnata ta’ avvenimenti mid-9:00 am sad-21:00.

Fost l-attrazzjonijiet uħud mill-aqwa artisti lokali bħal Kelsey Belante, Mauro Kitcher, Mike Spiteri, u korijiet tat-tfal, ser joffru programm interessanti ta’ divertiment.

Id-dħul għal Frosty Meadows huwa bla ħlas, grazzi għall-isforzi u l-impenn tal-Kunsill Lokali San Gwann, bl-appoġġ tar-Reġjun Tramuntana.

Id-dħul kollu mill-avveniment se jmur għal Puttinu Cares.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com