Għadek tużah tinder? X’ apps tuża biex tiddejtja llum il-ġurnata?
Tisma’ ħafna b’ nies li flok qegħdin f’relazzjoni fil-verita’, qegħdin waħidhom jew inkella qegħdin fid-dinja tad-dating. Fl-antik konna noħorġu u niltaqgħu ma’ dak li jkun jew fil-knisja jew nintrabtu ma’ xi ħadd tal-lokal tagħna jew konna niltaqgħu ġo xi pjazzetta kif ukoll anki l-ġenituri tagħna kienu jlaqqgħuna ma’ xi ħadd li huma stess kienu jkunu jafu.
Dak kien żmien fejn il-ħajja kienet iktar feliċi, serena u l-imħabba kienet iktar faċli milli nafuha llum. Il-ħajja li ngħixu llum hija ferm iktar mgħaġġla u sirna wisq nies nervużi u bla paċenzja, m’għadna nikkuntentaw ruħna b’xejn u dejjem irridu iżjed u aħjar! Minħabba li ħafna nies illum il-ġurnata saru iktar jiddejtjaw flok jidħlu f’relazzjoni, għalhekk nistaqsu, x’apps sirtu tużaw biex tiddejtjaw illum il-ġurnata? Għadkom tużaw tinder? U taħsbu li jaħdmu relazzjonijiet meta issib lil xi ħadd minn fuq dawn l-apps?