Ħossok tajjeb int kif int
Qatt taqa’ ħażin minħabba livell, pożizzjoni, materjal li għandu ħaddieħor. Emmen fil-potenzjal tiegħek u f’dak li għandek u kun grat.
Dan jiġri spiss; li nħossuna inqas minn dak jew l-oħra. Is-soċjetà madwarna dejjem titfa’ hemm barra dak li takkwista u tirċievi saħansitra anke promozzjoni jew rigali jew ħaġa jew oħra. Dan mhux ħażin u kulħadd għandu dritt jagħmel li jħoss, anke jekk biex jaqsam il-ferħ tiegħu jew tagħha mal-kumplament.
Madanakollu, ikun hemm min iħossu intimidat. Fil-ħajja rridu nitgħallmu nabbastaw ruħna b’li għandna u b’li aħna. Jekk m’aħnhiex kuntenti biżżejjed u nixtiequ iżjed, nirsistu għal iżjed, imma l-ħajja qasira. Apprezza u kun grat għax is-snin fuq din l-arti igerbu malajr.