Il-kelma mħabba taf xi tfisser? Kulħadd jinterpretaha differenti…

Kull individwu huwa differenti, u għalhekk hawn min għandu perċezzjoni differenti ta’ x’inhi mħabba u xi tfisser. Ħadd ma jaf itiha jew jurieha bl-istess mod. Hawn min jaf jurieha iktar bl-azzjonijiet, hawn min jaf jurieha bl-emozzjonijiet u hawn min biss jgħid il-kelma nħobbok imma ma jafx eżatt ifissirha. Madankollu, dan ifisser li xi ħadd jaf jurieha jew ifissirha iktar minn ħaddieħor? Le, kulħadd għandu l-modi tiegħu, u sakemm nitkellmuha flimkien sta jkunux familja, ħbieb jew anke jekk tkun f’ relazzjoni, importanti li dejjem nikkomunikaw l-ħsibijiet u nesprimu l-imħabba tagħna lejn xulxin.
Imporanti noqogħdu attenti li meta ngħidu l-kelma nħobbok inkunu nafu infissruha, għax il-verità hija li meta ma nfissruhiex nistgħu inweġġgħu lil dak li jkun. Mhux sew li nilagħbu bl-emozzjonijiet ta’ ħaddiehor, kulħadd uman u kulħadd jagħmel żbalji imma rridu nitgħallmu li meta ngħidu l-kelma ‘inħobbok’, infissruha.
U inti għalik xi tfisser imħabba?