Jiena Toby, Golden Retriever

 Jiena Toby, Golden Retriever

“Hello jiena Toby, Golden Retriever … għandi 6 snin u dejjem issibni spalla ma’ spalla ma’ sieħbi, Joe Stafrace. Ħafna mill-ġurnata tiegħi, inqattagħha xogħol niggwidah. Joseph (Joe) jgħid li jiena bravu ħafna u b’hekk, illum ġabni għand il-Moggies and Doggies f’Ħal Qormi biex jagħmluli waħda grooming sew.

Kien hemm is-sidien Maria u Jason u kien hemm riħa tfuħħħħħ x’ħin dħalt fil-ħanut u bdejt nara ħafna shampoos differenti. Is-salon veru kbira u sħabi jiġu hawnhekk ukoll.

Ippetnawni waħda sew għax kelli bżonnha u ttrimjawli l-qiegħ ta’ saqajja. Tgħidx kemm tgħarraxt! Wara naddfuli widnejja, daħluni ġo banju u sieħbi Joe ġie ħdejja għax bdejt nibża’, imma tant huma bravi li vera ħassejtni komdu magħhom is-sidien.

Maria ħadet ħsieb li tgħorokni darbetjn bis-shampoo għax jien għandi ħafna suf. Jason għamel taħlita u għamel il-conditioner maġiku u ħadu ħsieb li anke massage jagħmluli. Wara libbsuni xugaman, veeeera cool. Tistgħu tixtru minnhom intom ukoll. Nixxfuni sew mill-ilma u vera ħadt pjaċir. Innutajt ukoll li għandhom cabinet dryer u dan tajjeb għal sħabi li jibżgħu mill-blower. Fl-aħħar kien jonqos il-fwieħa biex infuħ u minn hemm ġew, jien u Joseph ħriġna ferħanin ħafna bis-servizz li tawni l-Moggies and Doggies. Bla dubju, nerġgħu niġu żgur.”

L-irwol tal-guide dog huwa li jiffaċilita u jgħin lill-persuni nieqsa mid-dawl biex immorru minn post għall-ieħor. Is-sid jagħti l-kmand u l-kelb jobdi billi jsib il-bieb, turġien, kurvaturi u jkun kapaċi jdur mal-ostakli. It-taħriġ għall-klieb simili jieħu madwar sentejn u jibda bi 8 ġimgħat ta’ soċjalizzazzjoni u jekk jirnexxielu f’dan iż-żmien li jmur tajjeb, jgħaddi għal taħriġ ieħor li jieħu madwar sena u xaharejn biex isir guide dog.

Mhux kull kelb jirnexxielu jagħmel dan. Klieb bħal dawn jirtiraw wara 10 jew 11-il sena servizz. Xi ġmiel!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com