Kelma pożittiva flok negattiva

 Kelma pożittiva flok negattiva

Issib nies li flok malli tiltaqa’ magħhom jgħidulek xi ħaġa sabiħa, jikkummentaw fin-negattiv: “kemm ħxint”, “tidher għajjien”. Anqas biss hello jew kif inti?

Din hija xi ftit jew wisq komuni fina l-Maltin u rridu nammettu anke jekk meta naqrawha nieħdu għalina u ngħidu “u ajma mhux kulħadd hekk?!” Le, mhux kulħadd hekk. Kif ġieli semmejna, il-karattru tagħna l-Maltin fih ħafna sabiħ imma għandna xi ftit id-doża li ngergru u dan nġorruh ukoll f’livell personali meta niltaqgħu u nitkellmu ma’ xulxin.

Huwa tajjeb li nkunu konxji ta’ x’ħa ngħidu u nżommu f’moħħna l-persuni quddiemna li forsi 1. veru jidhru kif qed naħsbu imma għandhom bżonn ftit kuraġġ, 2. ma nafux minn xhiex persuna tkun għaddejja.

Il-kliem pożittiv jxerred pożittività, ftit tqanqil ta’ ferħ u tbissim u jgħin lil dak li jkun jibda jistejqer mis-sitwazzjoni li jkun.

“Kemm ilni ma narak immissjajtek”, “hawn għażiż kif int?” “Ara min hawn” u frażijiet simili huma ferm isbaħ minn dawn li semmejna fil-bidu. mhux hekk?!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com