L-Akbar xokk … filli persuna miegħek, filli l-għada tisma’ li mietet

 L-Akbar xokk … filli persuna miegħek, filli l-għada tisma’ li mietet

Il-ħajja mimlija ftit minn kollox. Ferħ u anke niket. In-niket iħalli wisq togħma ħażina tant li sofrtunatament kultant inessina l-ħafna sabiħ u nispiċċaw ma nkunux grati biżżejjed.

Wieħed mill-agħar xokkijiet li jieħu l-bniedem f’ħajtu huwa meta jitlef lil xi ħadd li jaf; sta jekk hux familja, ħbieb jew konoxxenzi.

Xokk kbir u li ma tkunx tista’ temmen huwa meta tiltaqa’ ma’ persuna llum u l-għada tisma’ li miet; b’aċċident jew b’ħaġa jew oħra.

Minn dawn l-esperjenzi nisimgħu ħafna u spiss, imma ninsewhom malajr ukoll. Huma mumenti li għandna nużawhom litteralment biex nirriflettu u niftakru li għandna nxerrdu ferħ u mħabba mhux għira u mibegħda għax illum hawn, u għada le.

Ħudu ħsieb!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com