Impjiegi strambi u tad-daħk

 Impjiegi strambi u tad-daħk

Qatt ħsibt fl-iktar impjieg stramb u tad-daħk li jista’ jkun hemm, hemm barra? Ġieli għedt lilek innifsek, “Kemm nixtieq insib xogħol fejn norqod biss?” Fil-verità hemm xogħolijiet fejn ikollhom bżonn isibu nies għall-irqad professjonali. Ħolma naħseb ta’ kulħadd, iżda din il-ħolma tista’ ssir realtà, kemm taqbad l-ajruplan u tmur lejn il-Finlandja fejn hemm lukanda li timpjega membru tal-istaff bħala ‘professional sleeper’ biex jittestja l-kumdità tas-sodod tagħhom. Kull ma jrid jagħmel huwa li jorqod kull lejl f’sodda differenti imbagħad jikteb reviżjoni dwar is-sodisfazzjon tiegħu.

Apparti minn dan ix-xogħol hemm iktar, kompli aqra hawn taħt:

  • Xi ħadd li jara li ż-żebgħa qed tinxef: Le din mhix ċajta. Xi ħadd jaqla’ l-flus talli jara ż-żebgħa tinxef. Fir-Renju Unit hemm raġel li għandu dan ix-xogħol fejn jqatta’ l-ġranet tiegħu jpinġi folji tal-kartun biex jittestja kemm idumu taħlitiet ta’ żebgħa ġodda biex jinxfu u jara dak it-tibdil fil-kulur u n-nisġa.
  • Telespettatur ta’ Netflix: Immaġina li titħallas għal-ġurnata tiegħek ta’ xogħol biex tara t-televizjoni l-ġurnata kollha! Netflix impjega lil xi ħadd biex jara l-kontenut kollu tagħhom qabel ma jkun disponibbli għall-pubbliku u l-irwol tagħhom huwa li jirrevedu u jassenjaw kull programm it-tikketta korretta tiegħu, li tgħinna t-telespettaturi nsibu eżattament dak li qed infittxu. Tajjeb ee, titħallas talli tara l-films.
  • Professjonali li jibku waqt il-funerali: Hija tradizzjoni fix-Xlokk tal-Asja li ġo funeral ikun hemm persuna li jibki b’leħen għoli biex jassisti lill-mejtin waqt li jivvjaġġaw lejn il-ħajja ta’ wara.
  • Pusher tal-Ferrovija: Fil-Ġappun hemm nies li huma mikrija biex jgħinu biex jdeffsu kemm jista’ jkun nies fuq ferrovija billi jimbuttawhom minn barra sakemm jingħalqu l-bibien.
  • Ħalib tas-Sriep: Mhux xogħol li kapaċi jagħmlu kulħadd iżda dan jirrikjedi li jkun hemm xi ħadd li jiġbor il-velenu ta’ sriep velenużi f’vażetti għall-użu ta’ medikazzjoni.
  • Dewwieq tal-ikel tal-klieb: Ix-xogħol tat-tester tal-ikel tal-klieb huwa li jduq prodotti ġodda tal-ikel tal-klieb, inkluż għadam, laħam fil-laned, u gallettini. Ma naħsbix li hija sitwazzjoni ideali imma x’ tagħmel….
  • Scuba Diving Pizza Delivery Man: Jekk il-fatt li hemm lukanda taħt l-ilma fi Florida mhux ġa hija stramba biżżejjed, biex inżidu ma dan, għandhom scuba diving pizza delivery man li jieħu l-pizza u jġorrhom minn ġol-baħar f’kaxxa li ma jgħaddix ilma minnha. Apparti li stramba, taħseb li kieku tippruvaha?
  • ‘Odour Sniffer’: Barra minn Malta hemm industrija tal-fwieħa li tagħmel il-biljuni fis-sena fejn hawnhekk issib u jagħmlu it-tipi kollha ta’ fwieħa, deodoranti u prodotti kożmetiċi. Huma jimpjegaw ‘sniffers’ biex jiżguraw li l-prodott jinxtamm ifuħ u jiddeterminaw kemm iddum il-fwieħa.
  • ‘Professional line stander’: Dan xogħolu huwa eżattament dak li jgħid it-titlu, jistenna fil-linja wara n-nies għal nies oħra. Xogħol li huwa utli ħafna speċjalment bħalna l-Maltin li naħsbulu kmieni speċjalment għall-Black Friday sales.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com